1. |
Fik Ħolqien
03:48
|
|||
Fejn qiegħda, fejn?
Int, qalbi, xejn ma tgħin
F’Wied il-Għajn, b’idi fit-tajn
Fittixtek qalb il-mewġ
Għal-xejn qalbi, xejn
Insieni, għax għalfejn?
Żomm dak il-pass, u fejn hemm ir-rass
agħti daqqtejn bil-minkbejn
Għax qalbi int trid taqsam il-widien
Sakemm issib fik il-Ħolqien
Għax qalbi int trid tasal
bin-nirien
mhux se nkun jien
li nsiblek triq
Għandek permess
biex tagħlaq dan l-aċċess
U tidfinni hawn bħal xi Faragħun
Jeħtieġ toħroġ minn hawn
Biex ngħibu bħall-eku
fl-għerien matul iż-żmien
L-ilma li sar tant ħelu u ċar
Għad irid jinbidel f’ċpar
Għax qalbi int trid tirfes
Ftit ħurrieq
Fost it-tingiż
Hemm in-narċis
Għax qalbi int trid tasal
bin-nirien
Sakemm issib
Fik il-Ħolqien
|
||||
2. |
Skrejjen
03:35
|
|||
Kemm hu ħelu dan il-jum
Nixtieq nixtrih, nixtieq immur
Għax għandi sena hawn magħluq
Niġbor il-flus, u ngħodd il-qlub
Dan l-aħħar qisek ħadt għalik
Biex niġi ħdejk, wiċċek inbus
Xtrajtlek ferħa tista’ ttir
Frankajt sellum, irbaħt il-jum
Għinni, għax ħadtli ħsiebi fil-bogħod
U qed togħmodhom bil-mod, il-mod, il-mod
Għinni, tellagħni lura mill-fond
F’idejja nħossok tirtrogħod bħal terrimot
Dati kollha kull kulur
Hemm l-orizzont, hemm il-pjaċir
Irwejjaħ jisbieħu kuljum
Il-vera snin ta’ bla tnemnim
Għinni, għax ħadtli ħsiebi fil-bogħod
U qed togħmodhom bil-mod, il-mod, il-mod
Għinni, tellagħni lura mill-fond
F’idejja nħossok tirtrogħod bħal terrimot
|
||||
3. |
Taħt Il-Kmiem
03:33
|
|||
Did-dinja rat minn kollox
Imma llejla ġiet biex tara xi ġmiel fik
Xegħlet il-qamar, biex tinkik
Tistħix, iżfnilha żifna
Is-satra ta’ dal-lejl tipproteġik
Ma ġara xejn jekk tistenniek
Kemm huma sbieħ il-forom
Li jitwieldu minn ġo fik
Mappa f’salib it-toroq
Id tal-fidda taħt il-kmiem
Qed tieħu rotta ġdida
U l-klieb ta’ fuq il-bjut għamlu għalik
Għax iriduk tmellishom ftit
Maż-żifna qamet żiffa
Ġiet twissi d-dellijiet li staħbew fik
Li d-dinja issa lesta għalik
Kemm huma sbieħ il-forom
Li jitwieldu minn ġo fik
Mappa f’salib it-toroq
Id tal-fidda taħt il-kmiem
|
||||
4. |
Tiblagħni L-Art
03:17
|
|||
Miexi f’dit-triq
Moħħi mitluf
Qalbi trid tfur
Bl-isbaħ kulur
Hawnhekk ġoċ-ċpar
Ma jaqbdukx żgur
Hawn lanqas it-tajr
Ma jsib kaċċatur
Imm’issa nkxift
U leħni perriċt
Mhux bil-biża’ qed nibki
Iżda bil-ġmiel
Għax naf li mnejjek ikun
dak li seta’ jduq
imma baqa’ bil-ġuħ
Aħjar mixja f’dit-triq
milli f’għonqha mitluq
Aħjar inħoss il-bard
Milli tiblagħni l-art
Tielgħa fil-wiċċ
Fawra ta’ kliem
Telqet mil-qalb
Weħlet fl-ilsien
Imma issa li ħlist
Mill-imbruljun
Is-sema qed jitħajjar
U l-art bdiet issum
Mank leħni jkun sar
La jsibni n-nar
Jidwi f’dit-triq
Għall-mitluf li jmiss
Għax naf li mnejjek ikun
dak li seta’ jduq
imma baqa’ bil-ġuħ
Aħjar mixja f’dit-triq
milli f’għonqha mitluq
Aħjar inħoss il-bard
Għax naf li mnejjek ikun
dak li seta’ jduq
imma baqa’ bil-ġuħ
Għax naf illi stajt
Kantajtlek dal-kliem iżjed mil-qalb
Iżjed mill-qalb
Iżjed mill-qalb
|
Michael Azzopardi Malta
Michael Azzopardi is a singer-songwriter from Malta. Having debuted his first EP, PISTOLA on February 2021, Michael’s songs present an intimate and varied song arrangement with emotionally rich and often vulnerable lyrics.
Streaming and Download help
If you like Michael Azzopardi, you may also like: