1. |
Stromboli
03:38
|
|||
Stromboli
Smajt li tħobb il-films erotiċi
Tiddelitta bin-narkotiċi
tfakkarni ftit
F’Françoise Hardy
Vaganzi f’postijiet eżotiċi
Niżfnu mar-Ricchi e Poveri
Naħseb li ħriġt
Mill-vulkan ta’ Stromboli
Ħudni miegħek
F’dik il-Fiat
Ħudni miegħek
Fuq dik il-Gżira
… Irrid inħares dritt għal ġo fik
Ma tantx nafek imma rrid nurik
Il-mutetti u l-għeġubijiet
Nissorprendik
Nazzarda nżid
Il-karti ħarġu kollha tajbin
Baħnan, saħħar, rota tad-destin
Naqbżu flimkien
Fil-vulkan ta’ Stromboli
Ħudni miegħek
F’dik il-Fiat
Ħudni miegħek
Fuq dik il-Gżira
… Irrid inħares dritt għal ġo fik
|
||||
2. |
Wiċċha Illuminat
03:42
|
|||
Wiċċha Illuminat
Wiċċha illuminat
bid-dija tax-xemgħat
tbissmet ftit minn taħt
Għax naħseb li ndunat
F’did-dalma llejla nħoss
fis-sħana tal-irdoss
Forsi nissorprendik
B’dil-kelma li se ntik
Qed nibża’ nistaqsik
Għax ma rridx inkeċċik
Bil-ferħ spiċċajt kantajt
Dak li immaġinajt
Ejja niżfnu ftit
Nixorbu dan l-inbid
Max-xemgħa nisfumaw
Vaganza qalb il-fwar
Żommli wiċċi bejn idejk
L-isbaħ kelmiet jiġu mix-xejn
Ingawdu l-barka, ingawdu l-jum
Min jien biex nitlob għal staġun?
tgħidli xi tgħidli m’hemmx għalfejn
din dik iż-żifna li trid tnejn
qalbi mill-għolja nieżla għalik
iftaħ idejk u żommha ftit
|
||||
3. |
Motoċiklista
04:00
|
|||
Motoċiklista
Għal liema raġuni ħsibt li żidtek mal-lista?
Qalbi, trid tiftakar, qiegħed nagħmel li nista’
Inżilna f’ħakka t’għajn nitmiegħku flimkien il-Mistra
Lilek biss se nieħu, għax jien motoċiklista
Inkiss inkiss bil-ħarba sibna l-kosta mifruxa
bi mħadda tal-imħabba u id issaħħan daqs kutra
L-imħara ttina daharha, imma f’wiċċna tinkina
“Kulm’għandna hu dal-vjaġġ u t-triq qiegħda ġo fina ooo!
Flixkun abjad u xemgħa kważi kollox bizzilla
Twissija ta’ riħ qawwi xufftejk jaħdmu bil-qilla
Hemm ramla ddur ġo ħalqi, u int beħsiebek issibha
Bil-galbu ssib kaptu, jien insuq int tiggwida
Qalb
F’sekonda donnha tkun se tfur
Ma’ kull nifs li nieħu tridni ndur
tridni ndur
Qalb
F’sekonda donnha tkun se tfur
imm’hemm parti li tixtieqni mmur
u qiegħda tqum
Sraqt bewsa u ħadt tnejn lura moħħi qed jiġri bija
Għajnejk ħarbu mix-xena, ħaqq għat-teknoloġija
Ix-xellug tani parir imma l-lemin dabbar rasu
Mhux l-ewwel darba li arralu “mhux se nagħti kasu!”
Id-disinn f’għajnejk fakkarni f’supernova tibbrilla
hemm univers jikkmanda u sparanti l-istilla
Illejla spirtu pront, se tkanta dwett ma’ solista
Irkeb miegħi qalbi għax jien motoċiklista
Qalb
F’sekonda donnha tkun se tfur
Ma’ kull nifs li nieħu tridni ndur
tridni ndur
Qalb
F’sekonda donnha tkun se tfur
imm’hemm parti li tixtieqni mmur
u qiegħda tqum
|
||||
4. |
Mewġa Żgħira
03:27
|
|||
Mewġa Żgħira
Kemm nixtieq naf, intik tbissima
Jekk ngħarrxek b’dal-kliem, naraw it-tikmixa
F’teatru vojt, b’ċajta qadima
Ċaqlaqtlek xufftejk, tajtni ftit qima
Tinsiex
nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ
Il-mistura qiegħda fik, fil-veru qiegħ
Inżilt fil-baxx, biex qajjimt rima
trid tinżel fil-fond biex issib ħuta fina
Ħarist fil-fond, u bdejt ninkwieta
Li biex nibdel staġun, ridt immejjel id-dinja
Tinsiex
nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ
Il-mistura qiegħda fik, fil-veru qiegħ
Tmisshiex
Dik il-fjura, tiftaħ hi, bil-kwiet
bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ
Kemm jien kuntent, f’dil-ferneżija
Xelliftha mal-wens imma tlift il-mistħija
Staqsejt lill-qalb u wieġbet lura
Qaltli qassar kemm trid imm’aħjar iddurha
Qrib il-mewġ, nifs aħjar
Tinsiex
nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ
Il-mistura ssibha fik, fil-veru qiegħ
Tmisshiex
Dik il-fjura, tiftaħ hi, bil-kwiet
bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ
bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ
|
||||
5. |
Xatt ix-Xorti
03:17
|
|||
Xatt ix-Xorti
Ilni ma narak
Għalissa nibqa’ hawn magħluq f’qiegħ dal-kexxun
Iġġennint ftit, bħal arloġġ li nesa l-ħin, riefnu bħall-pinnur
Għidli ftit
X’inti tara sabiħ?
M’iniex nisimgħak
Intlift? Fejn mortli?
X’jien xott mix-xorti
Jien qieghdha narak
Għadni dieħla f’din il-ħolma u diġà bdejt niflik
Fuq żewġ mewġiet, jekk idur riħ Tramuntana
Żgur mhux se ninsiek
Tfittixnix
Fejn qiegħda jien hawn il-kwiet
Xena sabiħa
Erħi ftit
Għax ir-riħ jaf isib
Twasslek ir-rima
U nsibek f’ħoġri
Fuq xatt ix-xorti
|
||||
6. |
OK
05:03
|
|||
OK
OK
M’hemmx għalfejn immut
Biex negħreq
Jew nitlef din ir-ruħ
OK
Mhux ta’ b’xejn li l-qlub
Jiswiedu
U jaqgħu mill-għanqud
Tgħid Alla żgur jaħfirli?
Jekk ngħix ta’ imbeċilli?
OK
Jiġi l-lejl u n-nhar
Biex taħli nifsek, tgħid il-ħrejjef u tagħżaq fil-vojt
Insa dak li smajt, fittex f’qalbek u żid vers ma’ dan il-kor
Għax b’nofs ta’ kelma tħott il-ħajt
Li għax qalulek, kont tellajt
OK
Lanqas b’demm magħqud
Ma jieqaf izappap il-ferut
OK
Dardart l-ilma llum
Imma issa, tal-anqas, intbaħt kemm kien maħmuġ
Tgħid Alla żgur jaħfrilna?
Jekk nerfgħu biss isimna?
OK x2
Jiġi l-lejl u n-nhar
Biex taħli nifsek, tgħid il-ħrejjef u tagħżaq fil-vojt
Insa dak li smajt, fittex f’qalbek u żid vuċi ma’ dan il-kor
X2
Żid vuċi ma’ dan il-kor
Żid vers ma’ dan il-kor
Għax b’nofs ta’ kelma tħott il-ħajt
Li għax qalulek, kont tellajt
OK
|
||||
7. |
Il-Ballu
05:04
|
|||
Il-Ballu
Qed nipprova naqta’ l-kwiet
Qed inlaqlaq qed ngħid wisq
Qed nistinka qed nistrieħ
Qed inbaħħar kontra r-riħ
Qed nitkerrah biex nisbieħ
Qed nistaħba wara l-ħġieġ
Qed ninża’ bla ma mmiss
Qed niskoprik qed ninsiek qed ninsiek
Għollini, baxxini ftit
Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit
Segwini, ħallini kwiet
Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx
Qed niġri bil-karkur
Qed ingara bix-xellug
Qed naħrab mill-ballun
Qed nixkana qed inqum
Għollini, baxxini ftit
Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit
Segwini, ħallini kwiet
Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx
Għollini, baxxini ftit
Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit
Segwini, ħallini kwiet
Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx
|
||||
8. |
Sirt Għasfur
04:41
|
|||
Sirt Għasfur
Jekk timlieni bl-arja nsir ballun
Onfoħni, ġorrni miegħek kull fejn tmur
Għoddosni f’nofs il-bajja, b’nifs maqtugħ
Għax il-kliem li tgħanni wara, jiftaħli l-pulmun
Jekk ittini kwarta ntik il-jum
Vera m’iniex mgħaġġel, tista’ ddum
Imwerwer li xi darba r-riħ se jdur
U jekk jinzerta qawwi, ikollok tħott u tmur
Ħdejk, imħadda bejn tnejn, nitkellmu bl-idejn
Ma nafx kif għaddew, tirna t-tnejn f’das-sagħtejn
Dewwejtni b’xufftejk, sirt għasfur
B’difrejk, immarkajtli fejn, żammejtni sakemm
Tajt salt u ħallejt din il-għolja fil-maltemp
B’rixi f’idejk, sirt għasfur
Imsaħ qalbek miegħi tkun kif tkun
Idħol f’din l-imgħarfa bla kostum
Il-ħolma ta’ dal-lejl mhix paragun
Ma’ dis-siegħa ta’ mħabba li qattajn’haw’ fuq
|
||||
9. |
Amorin
04:31
|
|||
Amorin
Qalbi ssir malajr
Mejta biex tkun bejn subgħajk
F’sidri hemm amorin
Inġorru miegħi għal meta jsir il-ħin… niftaħlu… u jtir… lejn zokk ta’ siġra fl-għoli qalb it-tin
Ngħidlek il-verità
Ħajti qed tgħaddi wisq malajr
Miegħek ingawdi s-sajf
Ta’ din il-ħajja uff kif xbajt … Inġorr… il-kutri.. tax-xitwa kif se tgħaddi marelli
Hmm
Ma nafx
Hmmm
Ma nafx
Erġajt ħlomt b’mezzanin
Isfel insajru u fuq inferrħu lil xulxin
Filgħodu breakfast bnin, bajda u frotta mil-ġardin, ħriġt biex niġbor it-tin… kif kont hemm sellimt lil sieħbi l-amorin
Hmmm
Fejn tlajt?
Hmmm
Erġajt! X2
|
||||
10. |
Ħabibi
04:39
|
|||
Ħabibi
Xejn, ħabibti ma taf b’xejn
Li qed ingezzez f’dax-xufftejn
Kanzunetta ta’ bejn tnejn
Fejn, fejn niffirma fejn
Biex inxejjen dan l-infern
Nerġa’ nerfgħak, nerġa’ ngħin
Naħseb li nftehemt ħażin
Nixtieq li llum ma neżistix
Naħseb li nftehemt ħażin
Nixtieq li llum ma neżistix
Le, isma’ minni tagħmilx hekk
Ħelu-morr, mhux żmien perfett
l-onestà ġġib rispett
Naħseb li nftehemt ħażin
Nixtieq li llum ma neżistix
Naħseb li nftehemt ħażin
Nixtieq li llum ma neżistix
Ngħid il-verità nixtieq indawwar il-ħin
Ngħid il-verità nixtieq parir
Imma kultant, f’dan id-dlam, jiżdiedli ftit is-smigħ
Smajt qalb, tħabbat b’tali mod tassew sabiħ
|
||||
11. |
Vaganza
03:30
|
|||
Vaganza
Fl-istilel hemm oraklu
Jgħix ’il bogħod imma jaqdik minn qalbu
“Naf kollox! Jien ir-re!”
“Sultan benevolenti ta’ Venere”
“l-alla tal-imħabba”
“Għandi għerf u stejjer bl-abbundanza”
“U din, ktibtha għalik”
Storja dwar wieħed illi tilef l-aptit
Vaganza x2
Instrumental x1
Id-dinja qed tirbaħlu
Mhux ilaħħaq (jirnexxilu) idur magħha u taħrablu
Imma sab li jekk jimxi
Tlesti d-dawra, u minflok tilħqu hi
Imxejt lura u ħadt nifs qawwi
Sibt ruħi f’nofs il-baħar u l-gawwi
illum tgħallimt mill-ġdid
Illi l-mixi jiftaħli l-aptit
Vaganza x4
|
||||
12. |
Forsi Nagħmlu Baby
03:51
|
|||
Forsi Nagħmlu Baby
Forsi nagħmlu baby
U neħilsuh mill-mistħija
Nisquh ħalib ta’ baqra Għarbija
Xifajk, geżiż, xitan, gustuż
U ta’ ftit kliem
Nibnu villaġġ
Un petit paradise
Nibnu villaġġ
Un petit paradise
Forsi nagħmlu baby
Ngħinuha ttella’ l-ewwel sinna
Ngħarrxuha ftit sakemm tigdimna
Nimlewha bl-arja biex ittir
Biex tara kbir
Nibnu villaġġ
Un petit paradise
Nibnu villaġġ
Un petit paradise
|
||||
13. |
Fwawar
04:23
|
|||
Fwawar
Waqqaftek kantuniera ’l bogħod mid-dar
Qed ibexbex tant li fit-triq hemm it-tfal
Nisimgħu l-album ġdid t’MGMT
Sabiħ, imma nippreferu l-qadim
Il-bewsa waslet ħelu ħelu bħal
Did-diska filli kwieta filli tgħajjat
Ix-xemx xegħlet kulm’hawn u l-lejla sparixxiet
Is-Siberja bdiet iddub hekk kif bdiet track six
Meta ħriġt tajtni ftit x’nifhem li minn hawn
Se tibda storja li tgħollina qalb is-sħab
U issa soqt id-dar bi tbissima ma’ dal-wiċċ
U daqqejt l-album antik t’MGMT
Inħossu l-fwawar
Passi viċin
Passi mill-bogħod
Electric Feel
Il-fwawar li nħoss
|
Michael Azzopardi Malta
Michael Azzopardi is a singer-songwriter from Malta. Having debuted his first EP, PISTOLA on February 2021, Michael’s songs present an intimate and varied song arrangement with emotionally rich and often vulnerable lyrics.
Streaming and Download help
If you like Michael Azzopardi, you may also like: