more from
Ultralow Music
We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Vaganza

by Michael Azzopardi

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €10 EUR  or more

     

  • Record/Vinyl + Digital Album

    Tie your record collection together with a Vaganza 12” long play record in all its pantone green glory. Available while stocks last.

    Includes unlimited streaming of Vaganza via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    ships out within 1 day
    Purchasable with gift card

      €25 EUR or more 

     

1.
Stromboli 03:38
Stromboli Smajt li tħobb il-films erotiċi Tiddelitta bin-narkotiċi tfakkarni ftit F’Françoise Hardy Vaganzi f’postijiet eżotiċi Niżfnu mar-Ricchi e Poveri Naħseb li ħriġt Mill-vulkan ta’ Stromboli Ħudni miegħek F’dik il-Fiat Ħudni miegħek Fuq dik il-Gżira … Irrid inħares dritt għal ġo fik Ma tantx nafek imma rrid nurik Il-mutetti u l-għeġubijiet Nissorprendik Nazzarda nżid Il-karti ħarġu kollha tajbin Baħnan, saħħar, rota tad-destin Naqbżu flimkien Fil-vulkan ta’ Stromboli Ħudni miegħek F’dik il-Fiat Ħudni miegħek Fuq dik il-Gżira … Irrid inħares dritt għal ġo fik
2.
Wiċċha Illuminat Wiċċha illuminat bid-dija tax-xemgħat tbissmet ftit minn taħt Għax naħseb li ndunat F’did-dalma llejla nħoss fis-sħana tal-irdoss Forsi nissorprendik B’dil-kelma li se ntik Qed nibża’ nistaqsik Għax ma rridx inkeċċik Bil-ferħ spiċċajt kantajt Dak li immaġinajt Ejja niżfnu ftit Nixorbu dan l-inbid Max-xemgħa nisfumaw Vaganza qalb il-fwar Żommli wiċċi bejn idejk L-isbaħ kelmiet jiġu mix-xejn Ingawdu l-barka, ingawdu l-jum Min jien biex nitlob għal staġun? tgħidli xi tgħidli m’hemmx għalfejn din dik iż-żifna li trid tnejn qalbi mill-għolja nieżla għalik iftaħ idejk u żommha ftit
3.
Motoċiklista Għal liema raġuni ħsibt li żidtek mal-lista? Qalbi, trid tiftakar, qiegħed nagħmel li nista’ Inżilna f’ħakka t’għajn nitmiegħku flimkien il-Mistra Lilek biss se nieħu, għax jien motoċiklista Inkiss inkiss bil-ħarba sibna l-kosta mifruxa bi mħadda tal-imħabba u id issaħħan daqs kutra L-imħara ttina daharha, imma f’wiċċna tinkina “Kulm’għandna hu dal-vjaġġ u t-triq qiegħda ġo fina ooo! Flixkun abjad u xemgħa kważi kollox bizzilla Twissija ta’ riħ qawwi xufftejk jaħdmu bil-qilla Hemm ramla ddur ġo ħalqi, u int beħsiebek issibha Bil-galbu ssib kaptu, jien insuq int tiggwida Qalb F’sekonda donnha tkun se tfur Ma’ kull nifs li nieħu tridni ndur tridni ndur Qalb F’sekonda donnha tkun se tfur imm’hemm parti li tixtieqni mmur u qiegħda tqum Sraqt bewsa u ħadt tnejn lura moħħi qed jiġri bija Għajnejk ħarbu mix-xena, ħaqq għat-teknoloġija Ix-xellug tani parir imma l-lemin dabbar rasu Mhux l-ewwel darba li arralu “mhux se nagħti kasu!” Id-disinn f’għajnejk fakkarni f’supernova tibbrilla hemm univers jikkmanda u sparanti l-istilla Illejla spirtu pront, se tkanta dwett ma’ solista Irkeb miegħi qalbi għax jien motoċiklista Qalb F’sekonda donnha tkun se tfur Ma’ kull nifs li nieħu tridni ndur tridni ndur Qalb F’sekonda donnha tkun se tfur imm’hemm parti li tixtieqni mmur u qiegħda tqum
4.
Mewġa Żgħira Kemm nixtieq naf, intik tbissima Jekk ngħarrxek b’dal-kliem, naraw it-tikmixa F’teatru vojt, b’ċajta qadima Ċaqlaqtlek xufftejk, tajtni ftit qima Tinsiex nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ Il-mistura qiegħda fik, fil-veru qiegħ Inżilt fil-baxx, biex qajjimt rima trid tinżel fil-fond biex issib ħuta fina Ħarist fil-fond, u bdejt ninkwieta Li biex nibdel staġun, ridt immejjel id-dinja Tinsiex nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ Il-mistura qiegħda fik, fil-veru qiegħ Tmisshiex Dik il-fjura, tiftaħ hi, bil-kwiet bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ Kemm jien kuntent, f’dil-ferneżija Xelliftha mal-wens imma tlift il-mistħija Staqsejt lill-qalb u wieġbet lura Qaltli qassar kemm trid imm’aħjar iddurha Qrib il-mewġ, nifs aħjar Tinsiex nifs ’il ġewwa, kun maħfur, sabiħ Il-mistura ssibha fik, fil-veru qiegħ Tmisshiex Dik il-fjura, tiftaħ hi, bil-kwiet bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ bħal dil-mewġa illi qamet ma’ dar-riħ
5.
Xatt ix-Xorti Ilni ma narak Għalissa nibqa’ hawn magħluq f’qiegħ dal-kexxun Iġġennint ftit, bħal arloġġ li nesa l-ħin, riefnu bħall-pinnur Għidli ftit X’inti tara sabiħ? M’iniex nisimgħak Intlift? Fejn mortli? X’jien xott mix-xorti Jien qieghdha narak Għadni dieħla f’din il-ħolma u diġà bdejt niflik Fuq żewġ mewġiet, jekk idur riħ Tramuntana Żgur mhux se ninsiek Tfittixnix Fejn qiegħda jien hawn il-kwiet Xena sabiħa Erħi ftit Għax ir-riħ jaf isib Twasslek ir-rima U nsibek f’ħoġri Fuq xatt ix-xorti
6.
OK 05:03
OK OK M’hemmx għalfejn immut Biex negħreq Jew nitlef din ir-ruħ OK Mhux ta’ b’xejn li l-qlub Jiswiedu U jaqgħu mill-għanqud Tgħid Alla żgur jaħfirli? Jekk ngħix ta’ imbeċilli? OK Jiġi l-lejl u n-nhar Biex taħli nifsek, tgħid il-ħrejjef u tagħżaq fil-vojt Insa dak li smajt, fittex f’qalbek u żid vers ma’ dan il-kor Għax b’nofs ta’ kelma tħott il-ħajt Li għax qalulek, kont tellajt OK Lanqas b’demm magħqud Ma jieqaf izappap il-ferut OK Dardart l-ilma llum Imma issa, tal-anqas, intbaħt kemm kien maħmuġ Tgħid Alla żgur jaħfrilna? Jekk nerfgħu biss isimna? OK x2 Jiġi l-lejl u n-nhar Biex taħli nifsek, tgħid il-ħrejjef u tagħżaq fil-vojt Insa dak li smajt, fittex f’qalbek u żid vuċi ma’ dan il-kor X2 Żid vuċi ma’ dan il-kor Żid vers ma’ dan il-kor Għax b’nofs ta’ kelma tħott il-ħajt Li għax qalulek, kont tellajt OK
7.
Il-Ballu 05:04
Il-Ballu Qed nipprova naqta’ l-kwiet Qed inlaqlaq qed ngħid wisq Qed nistinka qed nistrieħ Qed inbaħħar kontra r-riħ Qed nitkerrah biex nisbieħ Qed nistaħba wara l-ħġieġ Qed ninża’ bla ma mmiss Qed niskoprik qed ninsiek qed ninsiek Għollini, baxxini ftit Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit Segwini, ħallini kwiet Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx Qed niġri bil-karkur Qed ingara bix-xellug Qed naħrab mill-ballun Qed nixkana qed inqum Għollini, baxxini ftit Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit Segwini, ħallini kwiet Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx Għollini, baxxini ftit Żomml’idi, itlaqni m’għandix aptit Segwini, ħallini kwiet Għannaqni anke jekk ma nistaqsikx
8.
Sirt Għasfur Jekk timlieni bl-arja nsir ballun Onfoħni, ġorrni miegħek kull fejn tmur Għoddosni f’nofs il-bajja, b’nifs maqtugħ Għax il-kliem li tgħanni wara, jiftaħli l-pulmun Jekk ittini kwarta ntik il-jum Vera m’iniex mgħaġġel, tista’ ddum Imwerwer li xi darba r-riħ se jdur U jekk jinzerta qawwi, ikollok tħott u tmur 
 Ħdejk, imħadda bejn tnejn, nitkellmu bl-idejn Ma nafx kif għaddew, tirna t-tnejn f’das-sagħtejn Dewwejtni b’xufftejk, sirt għasfur B’difrejk, immarkajtli fejn, żammejtni sakemm Tajt salt u ħallejt din il-għolja fil-maltemp B’rixi f’idejk, sirt għasfur Imsaħ qalbek miegħi tkun kif tkun Idħol f’din l-imgħarfa bla kostum Il-ħolma ta’ dal-lejl mhix paragun Ma’ dis-siegħa ta’ mħabba li qattajn’haw’ fuq
9.
Amorin 04:31
Amorin Qalbi ssir malajr Mejta biex tkun bejn subgħajk F’sidri hemm amorin Inġorru miegħi għal meta jsir il-ħin… niftaħlu… u jtir… lejn zokk ta’ siġra fl-għoli qalb it-tin Ngħidlek il-verità Ħajti qed tgħaddi wisq malajr Miegħek ingawdi s-sajf Ta’ din il-ħajja uff kif xbajt … Inġorr… il-kutri.. tax-xitwa kif se tgħaddi marelli Hmm Ma nafx Hmmm Ma nafx Erġajt ħlomt b’mezzanin Isfel insajru u fuq inferrħu lil xulxin Filgħodu breakfast bnin, bajda u frotta mil-ġardin, ħriġt biex niġbor it-tin… kif kont hemm sellimt lil sieħbi l-amorin Hmmm Fejn tlajt? Hmmm Erġajt! X2
10.
Ħabibi 04:39
Ħabibi Xejn, ħabibti ma taf b’xejn Li qed ingezzez f’dax-xufftejn Kanzunetta ta’ bejn tnejn Fejn, fejn niffirma fejn Biex inxejjen dan l-infern Nerġa’ nerfgħak, nerġa’ ngħin Naħseb li nftehemt ħażin Nixtieq li llum ma neżistix Naħseb li nftehemt ħażin Nixtieq li llum ma neżistix Le, isma’ minni tagħmilx hekk Ħelu-morr, mhux żmien perfett l-onestà ġġib rispett Naħseb li nftehemt ħażin Nixtieq li llum ma neżistix Naħseb li nftehemt ħażin Nixtieq li llum ma neżistix Ngħid il-verità nixtieq indawwar il-ħin Ngħid il-verità nixtieq parir Imma kultant, f’dan id-dlam, jiżdiedli ftit is-smigħ Smajt qalb, tħabbat b’tali mod tassew sabiħ
11.
Vaganza 03:30
Vaganza Fl-istilel hemm oraklu Jgħix ’il bogħod imma jaqdik minn qalbu “Naf kollox! Jien ir-re!” “Sultan benevolenti ta’ Venere” “l-alla tal-imħabba” “Għandi għerf u stejjer bl-abbundanza” “U din, ktibtha għalik” Storja dwar wieħed illi tilef l-aptit Vaganza x2 Instrumental x1 Id-dinja qed tirbaħlu Mhux ilaħħaq (jirnexxilu) idur magħha u taħrablu Imma sab li jekk jimxi Tlesti d-dawra, u minflok tilħqu hi Imxejt lura u ħadt nifs qawwi Sibt ruħi f’nofs il-baħar u l-gawwi illum tgħallimt mill-ġdid Illi l-mixi jiftaħli l-aptit Vaganza x4
12.
Forsi Nagħmlu Baby Forsi nagħmlu baby U neħilsuh mill-mistħija Nisquh ħalib ta’ baqra Għarbija Xifajk, geżiż, xitan, gustuż U ta’ ftit kliem Nibnu villaġġ Un petit paradise Nibnu villaġġ Un petit paradise Forsi nagħmlu baby Ngħinuha ttella’ l-ewwel sinna Ngħarrxuha ftit sakemm tigdimna Nimlewha bl-arja biex ittir Biex tara kbir Nibnu villaġġ Un petit paradise Nibnu villaġġ Un petit paradise
13.
Fwawar 04:23
Fwawar Waqqaftek kantuniera ’l bogħod mid-dar Qed ibexbex tant li fit-triq hemm it-tfal Nisimgħu l-album ġdid t’MGMT Sabiħ, imma nippreferu l-qadim Il-bewsa waslet ħelu ħelu bħal Did-diska filli kwieta filli tgħajjat Ix-xemx xegħlet kulm’hawn u l-lejla sparixxiet Is-Siberja bdiet iddub hekk kif bdiet track six Meta ħriġt tajtni ftit x’nifhem li minn hawn Se tibda storja li tgħollina qalb is-sħab U issa soqt id-dar bi tbissima ma’ dal-wiċċ U daqqejt l-album antik t’MGMT Inħossu l-fwawar Passi viċin Passi mill-bogħod Electric Feel Il-fwawar li nħoss

about

This 13-track album invites listeners on an entertaining and often bittersweet journey of Maltese-language songs. An album of love songs, Vaganza is Michael Azzopardi’s take on the soundtrack to the Maltese date-night. With a light touch and an authentic nature, the album features several Maltese musicians and pulls from Azzopardi's wellspring of inspiration that spans across decades of music, but lingers mostly in the sounds of the 70s.

credits

released March 10, 2023

Vaganza was written and composed by Michael Azzopardi

Produced and recorded by Jimmy Bartolo @ Ultralow Music HQ

'Forsi Nagħmlu Baby' & "Mewga Zgħira' were produced by Mark Axiak @ Ultralow Music HQ
Mixed by Mark Axiak @ Studio X Malta
Mastered by David Vella @ Temple Studios

Performed by:

Michael Azzopardi - Vocals, Acoustic Guitar, Keys & Backing Vocals

Jimmy Bartolo - Electric Guitar, Acoustic Guitar, Keys, 12 String Electric Guitar, Bass Guitar, Melodica, Dulcitone, Drum Programming, Additional Percussion & Backing Vocals

Mark Axiak - Electric Guitar, Acoustic Guitar, 12 String Electric Guitar, 12 String Acoustic Guitar, Keys, Drum Programming, Soupy Loops & Omnichord

John J. Bartolo - Drums & Additional Percussion

Mark Abela iz-Zizza - Additional Percussion & Backing Vocals

Sean Borg - Trumpet

Noah Fabri - Additional Keys on Wiċċha Illuminat

Yasmin Kuymizakis/JOON - Vocals

Additional vocals were gracefully performed by:
Cher Camilleri, Rebecca Theuma, Alexandra Galea, Isaac Azzopard

Sephora Francalanza - Proofreader

Cover artwork photo taken by Stephanie Galea

Released Via Ultralow Music

license

all rights reserved

tags

about

Michael Azzopardi Malta

Michael Azzopardi is a singer-songwriter from Malta. Having debuted his first EP, PISTOLA on February 2021, Michael’s songs present an intimate and varied song arrangement with emotionally rich and often vulnerable lyrics.

contact / help

Contact Michael Azzopardi

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Michael Azzopardi, you may also like: